Futurium huwa pjattaforma ddedikata lill-Ewropej li jiddiskutu l-politiki tal-UE. Ħossok liberu li tissieħeb fi grupp wieħed jew aktar ta’ din il-pjattaforma.
Tista’ tibbrawżja l-gruppi mingħajr ma tirreġistra, iżda biex tħalli kumment jew tagħmel like trid tkun utent reġistrat. Tista’ faċilment toħloq kont hawnhekk. Tista’ tippowstja bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE; il-maniġers tal-komunità u kollegi oħrajn se jagħmlu ħilithom biex iwieġbu bil-lingwa tiegħek.
Il-pjattaforma hija inizjalment żviluppata għal suġġetti diġitali, iżda int liberu li tindirizza kwalunkwe suġġett rilevanti għall-Unjoni Ewropea hawnhekk. L-isem “Futurium” jirreferi għaż-żminijiet kollha quddiemna, peress li l-politiki tagħna jħallu impatt fuq il-futur. Aktar ma nimpenjaw ruħna, aktar għandna impatt fuq il-futur tagħna.
Involvi ruħek
Għandek idea għall-Ewropa? Għandek komunità li tmexxi aġenda fl-Ewropa kollha? Tixtieq tippromwovi inizjattiva fil-livell Ewropew? Ingħaqad magħna fuq Futurium!